photo: Ruben Buhagiar
🇬🇧 Claudia Gauci was born on 25th September 1976. She first started writing at 16 years old. One of her Maltese lecturers at post-secondary level had challenged the students to write what they feel they should write. From there, writing remained a constant in her life. Today she lectures Maltese literature at the very same post-secondary college where it all started. Life has its strange ways of coming full circle.
🇲🇹 Claudia Gauci twieldet fil-25 ta' Settembru 1976. Bdiet tesperimenta bil-kitba meta kellha 16-il sena. Wieħed mil-letturi tal-Malti fis-Sixth Form kien sfida lill-istudenti biex jibdew jiktbu dak li jħossu. Minn dak iż-żmien, il-kitba baqgħet kostanti f'ħajjitha. Illum hija tgħallem il-Letteratura Maltija fl-istess kulleġġ fejn beda kollox. Il-ħajja għandha ħabtiet strambi kif tagħlaq iċ-ċrieki.